mtd5
   
Il-Hames misteru
 

Huma u jieklu,Ġesu’ ħa l-ħobż f’idejh, qal il-barka, qasmu, newlu lid-dixxipli u qal: “Ħudu, kulu, dan hu ġismi.”Imbagħad ħa l-Kalċi f’idejh, radd il-ħajr, newlilhom il-kalċi u qal: “Ixorbu lkoll minnu, għax dan huwa demmi, id-demm tal-patt, li jixxerred għall-kotra għall-maħfra tad-dnubiet. Ngħidilkom li ma nerġax nixrob iżjed minn dan il-frott tad-dielja sa dak in-nhar li nixrob inbid ġdid magħkom fis-Saltna ta’ Missieri.”

 
 
Mattew 26:26-29
 

Missierna, Sliema u Qaddisa għal-għaxar darbiet, Glorja
 
  Missierna li inti fis-Smewwiet, jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema hekkda fl-art.

Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni. Amen. 
 
  --------------    
  Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.

Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Amen  (x10)
 
  --------------   
  Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta' dejjem. Amen. 
 
  --------------    
     
back Lura Għeluq ahead
 
SanGorgPreca.com © 2008